Hunger Games mibdul f’show live f’Londra

Mistenni li jinbeda fl-2016

Jennifer Lawrence ma' Liam Hemsworth f'The Hunger Games
Jennifer Lawrence ma' Liam Hemsworth f'The Hunger Games

Id-dinja ta’ Hunger Games, fejn adoloxxenti huma mġiegħla jiġġieldu sal-mewt, se tittella’ live fuq palk f’Londra. Hu mistenni li l-ispettaklu jibda jintwera fl-2016 f’post ġdid biswit il-Wembley Stadium ta’ Londra.  

Film studio Lionsgate qed jingħaqad ma’  kumpaniji fl-Amerika u fl-Olanda biex joħolqu verżjoni live tal-kotba u l-films li fihom tieħu sehem Jennifer Lawrence. Fost il-produtturi hemm Robin de Levita, li ħoloq awditorju li jdur għall-musical Olandiż Soldier of Orange u xenarju li jdur għad-dramm Anne dwar Anne Frank.

It-tielet film ta’ The Hunger Games, Mockingjay: Part I, se jinħraeġ madwar id-dinja fil-jiem li ġej. Is-sena d-dieħla tinħareġ it-tieni parti.

The Hunger Games hu miktub minn Suzanne Collins.

More in Zekzik