X’hemm għaddej bejn Miley Cyrus u iben Schwarzenegger?

Rawha ħierġa mir-residenza tiegħu wara li qattgħet xi sigħat fiha

Patrick Swarzenegger qed joħroġ ma' Miley Cyrus?
Patrick Swarzenegger qed joħroġ ma' Miley Cyrus?

Is-Sibt li għadda l-kantanta Miley Cyrus ntlemħet ħierġa mill-appartament f’Los Angeles ta’ Patrick Schwarzenegger wara li qattgħet fih xi sigħat. Jista’ jkun li ż-żewġ żgħażagħ ta’ 21 sena huma biss ħbieb imma x-xnigħat li jistgħu jkunu aktar minn ħbieb ilhom għaddejjin mill-2011.

Patrick hu t-tielet mill-ħames ulied tal-attur Arnold Schwarzenegger. Hu mudell kif ukoll attur, s’issa b’partijiet żgħar f’żewġ films. Imma bħalissa hu student fl-Università tal-Kalifornja t’Isfel.

Hekk kif sar jaf li l-attriċi Amanda Bynes dalwaqt se tkun studenta fl-istess università, ikkummenta fuq Twitter: “Ohhhhh boy”.

Cyrus ħierġa mill-appartament ta' Patrick Schwarzenegger
Cyrus ħierġa mill-appartament ta' Patrick Schwarzenegger

More in Zekzik