Kull pass li għamlet dejjem sabet raġel jittantaha

Shoshana Roberts irrekordjat kemm ġiet ittantata minn irġiel waqt li kienet timxi fi New York

Shoshana Roberts
Shoshana Roberts

Shoshana Roberts ma felħitx iżjed li kulmeta timxi fit-toroq ta' New York, kważi ma' kull pass tiġi ttantata, bi kliem vulgari, kliem doppju sens, tisfir, u anke jimxu magħha biex jippruvaw joħorġu magħha. Hi qattgħet għaxar sigħat miexja fit-troq ta' New York u ħarġet video fuq you tube biex turi id-dwejjaq li tgħaddi minnu mara. Fejn kull raġel ta' kull kultura u kulur, bojod, suwed, ażjatiċi, indjani u sud amerikani eċċ ma waqfux jittantawha.

Dan il-video li qed nuruh hawn ukoll rawh diġa 27 miljun persuna madwar id-dinja u kien hemm min ikkritikaha għax dehru biss suwed jittantawha, iżda hi qalet li minn 10 sigħat ta' recording kellha toħroġ biss 2 minuti biex tħalli l-interess lil min ried jaraħ biex twassal messaġġ u qalet li daqs kemm kien hemm suwed, kien hemm minn kull ġens li ittantawha l-istess. U qalet li dan ma kienx dwar ir-razez iżda dwar l-irġiel li ma jħallux mara għaddejja għal kwiet u ma jgħaddulix kumment.

More in Zekzik