Ben Affleck l-ewwel wieħed li qasam qalb Jennifer Lopez

Jennifer Lopez titkellem dwar tmiem ir-relazzjoni mal-attur 10 snin wara

Lopez dwar il-passat romantiku tagħha
Lopez dwar il-passat romantiku tagħha

Għaxar snin wara li ntemmet ir-relazzjoni bejn Jennifer Lopez u Ben Affleck, Lopez issostni li Affleck għadha tqisu bħala l-ewwel imħabba tagħha.

“Probabbli kien l-ewwel wieħed li qasamli verament qalbi,” qalet l-attriċi u kantanta ta’ 45 sena fuq The Today Show. Spjegat ukoll kif iżżewġet lil Marc Anthony f’inqas minn sitt xhur fl-2004 wara li ħassru.

Dwar Anthony qalet, “Li jkollok wieħed mill-ikbar ħbieb tal-qalb li kont naf għal snin twal, li jien inħobb u li kelli l-kemistrija miegħu, jidħol f’ħajti u jgħidli: ‘Qiegħed hawn’. Li jeħtieġlek tkun taf hu li ħadd ma jista’ jsalvak jew ifejqek. Int biss tista’ tagħmel hekk għalik.”

Lopez u Anthony għandhom tewmin ta’ sitt snin bejniethom – Max u Emme – imma żwieġhom ukoll intemm fl-2011.

Lopez kienet diġà ddivorzjat darbtejn qabel Anthony. Imma r-relazzjoni ma’ Affleck kienet differenti u kienu se jiżżewġu fl-2003 imma mbagħad mexxewh lura. Ir-relazzjoni spiċċat ftit xhur wara.

More in Zekzik