Mhux se tara lil bintha f'Fifty Shades of Grey

Dakota Johnson minn dejjem sostniet li se tkun attriċi ikbar minn ommha

Dakota Johnson minn dejjem qalet li se tkun attriċi akbar minn ommha
Dakota Johnson minn dejjem qalet li se tkun attriċi akbar minn ommha

Melanie Grifftith, attriċi fis-sensiela televiżiva Hawaii Five-O u l-eks mara ta’ Antonio Banderas, sostniet li qatt mhu se tara lil bintha fil-film Fifty Shades of Grey. Bintha, Dakota Johnson ta’ 25 sena u bint l-attur Don Johnson, se tkun qed tagħmel il-parti ewlenija tal-film – dik tal-istudenta Universitarja Anastasia Steele.

“Qrajt il-kotba kollha ta’ E.L. James qabel ma kont naf li se tagħmel il-film. Il-kotba għoġbuni. Imma qatt mhu ħa nara l-film. Naħseb lanqas missierha mhu se jarah. Tkun sitwazzjoni wisq ambigwa. Hi naħseb li tistħi ħafna jekk narawh ukoll. Qaltilna tistgħu taraw sakemm nitlef il-verġinità u daqshekk.”

Il-film se joħroġ fit-13 ta’ Frar.

Griffith żiedet tgħid li bintha qatt ma batiet minn nuqqas ta’ kunfidenza. L-iskola kienet tobgħodha mindu kellha madwar 16-il sena u kenet tgħidilha li se tkun attriċi kbira, ikbar minnha. U ommha tgħid li hi.

Johnson imissha tidher fuq il-palk tal-American Airlines Theatre bix-xogħol Urban Arts Partnership's 24 Hour Plays On Broadway. Hi se taħdem ma’ Peter Dinklage, Billy Crudup, Amanda Seyfried, Uzo Aduba, Seth Green, Zoe Kravitz, Justin Long u Julia Stiles.

More in Zekzik