Imut Oscar de la Renta

Id-dinja tal-moda tibki lid-disinjatur li libbes ħafna nisa magħrufin

Oscar de la Renta miet fl-eta` ta' 82 sena
Oscar de la Renta miet fl-eta` ta' 82 sena

Id-disinjatur tal-moda, li libbes bosta nisa importanti fl-istorja fosthom Jackie Kennedy u Michelle Obama, miet ilbieraħ fl-età ta’ 82 sena. Oscar de la Renta, imwieled fir-Repubblika Dominikana, kien bena isem għall-ħwejjeġ eleganti, inkluż ilbiesi tal-għarusa.

L-aħħar għarusa li libbes kienet Amal Alamuddin, li żżewġet lil George Clooney f’Settembru li għadda, l-istess xahar li fih id-disinjatur nieda l-kollezzjoni tar-rebbiegħa tal-2015 fin-New York Fashion Week.

Fl-2006 ħariġlu kanċer imma f’intervista li ta s-sena li għaddiet lil International Business Times, de la Renta qal li kien fieq kompletament u ma kienx interessat fl-irtirar.

Kien qal: “L-uniċi realtajiet tal-ħajja huma meta titwieled u meta tmut. Dejjem naħsbu li se ngħixu għal dejjem. L-aspett tal-mewt qatt ma naċċettawh. Twissija bħal din tgħinek tapprezza kull jum ta’ ħajtek.”

De la Renta waqt il-provi finali tal-liebsa tat-tieġ tal-futura Sinjura Clooney
De la Renta waqt il-provi finali tal-liebsa tat-tieġ tal-futura Sinjura Clooney

More in Zekzik