Ritratti jaħarqu huma bżonjużi biex iżżomm lil żewġek - Jessie J

Minkejja l-iskandlu li tinsab fih bħalissa, il-kantanta Jessie J, issostni li biex relazzjoni tibqa' ħajja hemm bżonn ta' ritratti nudi

Jessie J: taqbel ma' ritratti jaħarqu
Jessie J: taqbel ma' ritratti jaħarqu

Il-kantanta tiddefendi l-pussess tar-ritratti nudi anzi ssostni li hu importanti li dawn ir-ritratti jintbagħtu lis-sieħeb speċjalment f'relazzjoni f'distanza. Tenniet li dawn ir-ritratti huma mod kif iżżomm ir-relazzjoni għaddejja.

Għalkemm tammetti li kien diżgużtanti l-mod kif ittieħdu r-ritratti mill-mobile tagħha xorta, tgħid li m'għandhiex għax tħossha imbarazzata li dawn ħadithom. 

"Jien umana u kull mara f'din l-industrija qiegħda f'relazzjoni f'distanza. Għalhekk kultant trid tibgħat xi affarijiet biex iżżomm lir-raġel," qalet il-kantanta ta' 26 sena.

More in Zekzik