Malti jbiegħ iċ-Cisk fil-Ġappun

Churrasco Bower Blogad, ristorant Brażiljan li fetaħ din il-ġimgħa fin-naħa ta’ fuq tal-Ġappun, f’Sapporo, qed ibiegħ il-birra Maltija, Cisk Export

Damian iservi l-birra Cisk fir-ristorant tiegħu fil-Ġappun
Damian iservi l-birra Cisk fir-ristorant tiegħu fil-Ġappun

Churrasco Bower Blogad, ristorant Brażiljan li fetaħ din il-ġimgħa fin-naħa ta’ fuq tal-Ġappun, f’Sapporo, qed ibiegħ il-birra Maltija, Cisk Export. Dan ir-ristorant li jinsab f’Hokkaido hu mmexxi minn Damian Busuttil, Malti li ilu jgħix f’dawk in-naħat għal dawn l-aħħar 10 snin.

Damian Busuttil li qabel telaq il-Ġappun kien jaħdem bħala bartender f’diversi klabbs u lukandi f’Malta, fil-preżent qed imexxi dan ir-ristorant u qalilna li f’Sapporo qatt ma daħlet il-birra Maltija, għax din kienet tiġi esportata biss lejn Tokjo. Damian Busuttil qalilna li r-ristorant li jmexxi qed iġib il-birra minn Tokjo. “Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija bħala Malti li qed inbigħ il-birra Maltija lil Ġappuniżi, speċjalment f’żona, Hokkaido li hi msemmija għall-aqwa birra fil-Ġappun” temm jgħid Busuttil.

More in Zekzik