Tinsiex tgħannaq waħda lill-imgħallem

Illum Jum l-Imgħallmin, issa ċ-ċans!

Fis-16 t'Ottubru jiġi mfakkar jum l-imgħallmin
Fis-16 t'Ottubru jiġi mfakkar jum l-imgħallmin

Illum jum l-imgħallmin! Issa ċ-ċans biex turi l-imgħallem tiegħek x'taħseb minnu, jew minnha! Hija opportunità li tagħti l-imgħallem tiegħek dak li jistħoqqlu, jew jistħoqqilha. Aħtaf ix-xoqqa f'moxtha u għidlu... wara kollox, dil-ġurnata tiġi mfakkra biss fis-16 t'Ottubru. Tħallihiex taħrablek!

L-oriġini ta' din il-ġurnata tmur lura għall-1958, meta Patricia Bays Haroski, impjegata ta' State Farm Insurance Company, f'Illinois, fl-Istati Uniti, irreġistrata mal-Kamra tal-Kummerċ Amerika. Haroski għażlet din id-data għax kien għeluq snin missierha. Li kien ukoll l-imgħallem tagħha.

More in Zekzik