Illum, qis li taħsel idejk!

Fil-15 t'Ottubru importanti li tbaħbaħ idejk sew, bis-sapun, kif suppost tagħmel kuljum.

 

Illum jiġi mfakkar jum il-ħasil tal-idejn f'70 pajjiż differenti
Illum jiġi mfakkar jum il-ħasil tal-idejn f'70 pajjiż differenti

Illum, 15 t'Ottubru jiġi mfakkar il-Jum tal-Ħasil tal-Idejn.

Jum il-Ħasil tal-Idejn hija kampanja biex timmotiva miljuni madwar id-dinja biex jaħslu jdejhom bis-sapun. Dan il-jum jiġi mfakkar kull sena fil-15 t'Ottubru. Il-kampanja hi ddedikata biex tqajjem kuxjenza dwar il-ħasil tal-idejn bis-sapun biex nilqgħu mill-mard.

Din il-ġurnata ilha tiġi ċċelebrata mill-2008 li kienet is-sena ddedikata lis-sanità, u l-ġurnata kienet deċiża mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

F'din il-ġurnata 70 pajjiż huma mitluba jħeġġu kemm jista' jkun nies, b'mod speċjali tfal biex jaħslu jdejhom bis-sapun.

Malta bdiet tiċċelebra dan il-jum fl-2012. Fl-ewwel sena, l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istudenti tal-Mediċina (MMSA) organizzat kompetizzjoni tal-arti biex tesponi u tqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta' jdejn nodfa. Il-ġurnal ILLUM mal-President Gabriel J. Ellul, il-President tal-MMSA, fejn staqsieh jekk din is-sena hux se ssir din il-kompetizzjoni. Ellul qal li din il-kompetizzjoni saret biss fl-ewwel sena iżda issa mis-sena l-oħra 'l hawn ma baqgħetx issir.

More in Zekzik