Williams kellu bidu tal-Parkinson's

Ftit nies qrib l-attur biss kienu jafu bil-marda

Williams kien qed isofri mill-marda tal-Parkinson's
Williams kien qed isofri mill-marda tal-Parkinson's

Robin Williams skopra li kellu l-marda tal-Parkinson's qabel ma neħħa ruħu b'idu. Kien jinsab fil-bidu tagħha imma ftit nies kienu jafu biha.

It-tielet mara tal-attur, Susan Schneider, ikkonfermat dan fi stqarrija fejn spjegat li kien għaddej minnu Williams. Qalet: "Is-sobrjeta` ta' Robin kienet sħiħa u kien kuraġġuż waqt li ssielet mal-battalji tiegħu ta' dipressjoni, ansjeta` u l-bidu tal-marda tal-Parkinson's, li ma kienx lest jaqsam pubblikament. 

"Nittamaw li b'li ġara lil Robin, oħrajn isibu s-saħħa biex ifittxu kura u appoġġ li jkunu jeħtieġu, biex jiġġieldu l-battalji li jkollhom ħalli jħossuhom inqas beżgħana."

More in Zekzik