Bint Robin Williams bullied fuq Twitter

Persuni poġġew fuq Twitter stampi li ddikjaraw li huma ritratti tal-katavru tal-attur mejjet

Robin Williams ma' bintu Zelda
Robin Williams ma' bintu Zelda

Bint Robin Williams kellha titlaq minn Twitter u Instagram wara li sofriet bullying dwar is-suwiċidju ta' missierha. Zelda Williams, li għandha 25 sena, qalet li kienet qed "itterter" wara li rat ritratt mortwarju dikjarat li hu tal-ġisem ta' missierha. Ir-ritratt fir-realta` ttieħed xi snin ilu u hu ta' raġel li miet mgħallaq u kien jagħti lemħa lill-attur. In-nies li bagħtu r-ritratti u li abbużawha verbalment tneħħew mis-sit soċjali.

It-tfajla semmiet ukoll kif saritilha kritika żejda u kattiva dwar il-ftit ritratti li kienet tellgħet ta' missierha. Qalet: "Il-mumenti privati reali li qsamt miegħu kienu prezzjużi, kwieti, u temminha jew le, mhux mimlija ritratti jew stessi." Tenniet li ma setgħet qatt tifhem kif "ma setax isibha f'qalbu li jibqa' hawn". L-aħħar jum li qattgħet miegħu kien f'għeluq snienu f'Lulju li għadda.

 

More in Zekzik