Il-Maltin jagħżlu li jeħilsu minn Malta f'Jum il-Ħelsien

Kjuwijiet kbar ta' karozzi li jibdew mill-Marfa

Eluf kbar ta' Maltin għażlu li f'Jum il-Ħelsien jeħilsu minn Malta u l-kaos traffikuż tas-soltu u jerħulha lejn il-gżira oħt ta' Għawdex f'din il-ġurnata mill-isbaħ.

Tant hu hekk, li l-kjuwijiet ta' karozzi jwasslu sal-Marfa u lil hinn minnha anke jekk il-vapuri qed jaħdmu b'shuttle. Fil-fatt Għawdex hu ppakkjat bil-Maltin fejn it-traffiku f'Għawdex issa żdied mhux ħażin għalkemm il-kummerċ f'Għawdex bl-eluf ta' Maltin li marru hu wieħed qawwi bħal kull darba li l-Maltin jirrikorru għall-vaganza qasira tagħhom f'Għawdex.

More in G?awdex