Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Sena priġunerija wara li ammetta li seraq

L-akkużat ammetta li kien qed iġorr sikkina mingħajr permess 

Jesmar Baldacchino / 2 ta' Jannar 2018 13:38
Raġel ta' 48 sena ngħata s-sentenza ta' sena priġunerija u ġie mmultat €116.47 wara li ammetta li seraq.

Ir-raġel li tressaq quddiem il-Qorti ta' Għawdex kien mixli wkoll li kellu sikkina mingħajr liċenzja jew permess tal-Kummissarju tal-Pulizija, għex ħajja ta' għażż u vagabunaġġ u li sar reċediv.

Huwa kien ġie arrestat mill-Pulizija waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena f'Għawdex.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook