Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Qed jinbiegħu bħala ġugarelli imma jistgħu jagħmuk...tixtrix jew irritorna

L-MCCAA toħroġ twissija biex prodotti laser pointers ma jinxtrawx jew jintużaw għax jistgħu jikkawżaw għama parzjali jew saħansitra permanenti.

Albert Gauci Cunningham / 10 ta' Settembru 2018 12:14
Laser pointer...
Id-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi (TRD) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tfakkar lill-importaturi u lill-bejjiegħa li l-prodotti laser pointers (bħalma jidher fir-ritratt) li qed jiġu mibjugħin bħala ġugarelli, huma projbiti mis-suq minħabba li huma ta’ riskju serju għall-konsumaturi u jistgħu jikkawżaw għama parzjali jew saħansitra permanenti. Għalhekk l-importazzjoni u t-tqegħid tagħhom fis-suq huma projbiti.

Bejjiegħa li għandhom dawn il-prodotti għall-bejgħ huma meħtieġa li jneħħuhom b’effett immedjat u jibagħtuhom lura lill-fornitur tagħhom.

L-importaturi għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-laser pointers jiġu rtirati mis-suq b’effett immedjat. Kull bejjiegħ jew importatur li jinstab li qed iqiegħed dawn il-laser pointers fuq is-suq se jkun responsabbli għal azzjoni legali.

Il-konsumaturi huma avżati wkoll biex ma jużawx dawn il-laser pointers u biex jirritornawhom għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawhom.

Għal xi mistoqsijiet jew għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000 jew fuq [email protected].

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook