Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-Bajja tax-Xlendi tingħalaq hekk kif il-baħar imtela bid-drenaġġ

...dan wara li xi ħadd mar jarmi l-ħmieġ tar-razzett u sadd l-arterja prinċipali b'konsegwenzi koroh fuq is-saħħa pubblika

Albert Gauci Cunningham / 26 ta' Settembru 2017 14:40
Il-Bajja tax-Xlendi
Il-Bajja tax-Xlendi kellha tingħalaq aktar kmieni llum minħabba kontaminazzjoni qawwija minn dak li jidher li huwa materjal ta’ rziezet li ntrema llegalment. Dan ikkawża sadd f’arterja prinċipali li rriżulta f’overflow fil-wied u li baqa’ nieżel sal-bajja.

Ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru mill-ewwel fuq il-post u qed jagħmlu mill-aħjar biex ineħħu dan il-ħmieġ u jwaqqflu l-flow lejn il-baħar kemm jista’ jkun malajr.

Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma jiskuża ruħu mal-pubbliku għal dan l-ikonvenjent filwaqt li jikkundanna dan l-aġir minn persuni irresponsabbli li ramew materjal b’mod illegali u mingħajr ebda konsiderazzjoni lejn is-saħħa pubblika, bil-konsegwenzi li dan kollu jġib miegħu.

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook