Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Partijiet minn Malta taħt l-ilma...u l-Bambina se toħroġ għada

Maltempata tħalli partijiet minn Malta taħt l-ilma u lill-Bambina fil-Knisja sa għada....

Albert Gauci Cunningham / 8 ta' Settembru 2017 18:04
Ix-Xlendi taħt l-ilma wara l-maltempata tal-lum. | Ritratt Monica Farrugia
Ftit tal-mumenti ilu Malta esperjenzat maltempata kbira li ħalliet partijiet mill-pajjiż saħansitra mgħerrqin taħt l-ilma. Ritratt li tefgħet Monica Farrugia fuq il-profil tagħha ta' Facebook juri kif f'Għawdex, preċiżament fix-Xlendi, partijiet mill-lokal prattikament għerqu taħt l-ilma. 

Ix-xita damet nieżla aktar minn siegħa u kienet ikkaraterizzata minn sajjetti kontinwi f'din l-ewwel maltempata wara Sajf mill-aktar twil, sħun u niexef, ikkaraterizzat minn diversi mewġiet ta' sħana, speċjalment fil-bidu t'Awwissu. 

Intant fil-lokalitajiet fejn issir il-Festa tal-Vitorja fosthom l-Isla, ix-Xagħra Għawdex u n-Naxxar, kienet posposta l-purċissjoni tal-Bambina għal għada, hekk kif din kellha tkun ikkanċellata minħabba l-istess maltempata. Fil-Mellieħa l-Bambina ħierġa nhar il-Ħadd. 

Il-maltemp mistenni li jippersisti fl-ewwel jiem tal-ġimgħa d-dieħla, għalkemm it-temperatura se terġa tmiss it-30 grad u x-xemx terġa tiżreġ, biex ikompli s-Sajf Malti, li din is-sena ma tantx kien ħanin wisq. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook