Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Ikel, xorb u briju f'Ħaż Żabbar b'risq il-Community Chest Fund

Atmosfera ta' festa għada, s-Sibt, f'Ħaż Żabbar bil-parteċipazzjoni ta' 25 Għaqda jew Każin

Albert Gauci Cunningham / 25 t'Awwissu 2017 19:03
Għada nagħmlu pass ieħor 'il quddiem fil-ħidma tagħna lejn Ħaż-Żabbar.

Mit-8pm 'il quddiem nistednukom tingħaqdu magħna għall-Esibizzjoni Nazzjonali tal-Briju u Armar taħt il-Patronċinju tal-E.T il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

Lejn l-aħħar tal-istaġun tal-festi bil-parteċipazzjoni 25 Għaqda jew Każin minn madwar Malta u Għawdex. Ikel, xorb, divertiment għat-tfal u spettaklu għall-familja kollha. Ser jinġabru ukoll fondi għall-The Malta Community Chest Fund Foundation

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook