Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Xemx wisq sabiħa...kellna 365 siegħa ngawduha f'Lulju

Ħarsa lejn it-temp f'Lulju; sħana, xemx imma xorta inqas mir-rekord fl-1988

Staff Reporter / 10 t'Awwissu 2017 16:58
Xemx..u ħafna minnha f'Lulju
It-temp ta’ Lulju kien ikkaratterizzat minn temperaturi tal-arja u tal-baħar li kienu ogħla min-norma klimatika, sigħat itwal ta’ xemx u aktar riħ.  
It-temperatura medja tal-arja kienet ta’ 27.7°C, jiġifieri 1.1°C ogħla min-norma, filwaqt li l-medja talbaħar qabżet it-temperatura mistennija ta’ 24.7°C b’1.3°C. Fl-24 u l-25 ta’ Lulju l-baħar kien pjuttost sħun, hekk kif it-temperatura tiegħu laħqet is-27°C.

 Fi stqarrija l-Uffiċċju Metereoloġiku Min-naħa l-oħra, l-aktar jum sħun tax-xahar kien it-13 ta’ Lulju, meta t-temperatura sparat għal 38.7°C. Għalkemm din it-temperatura hija waħda għolja, kienet 4°C aktar baxxa mill-ogħla temperatura għal Lulju mniżżla fir-rekords meteoroloġiċi, li ntlaħqet fl-1988.  

Il-jiem sħan ta’ Lulju kienu akkumpanjati minn bosta sigħat ta’ xemx, u kopertura tas-sħab marġinalment aktar baxxa mis-soltu ta’ 0.8 oktas. L-ewwel weekend tax-xahar kien partikolarment imdawwal, peress li kemm is-Sibt u kemm il-Ħadd ix-xemx ħarġet għal 12.9 sigħat. Anki l-aktar jum griż tax-xahar kien imdawwal mhux ħażin u gawda minn aktar minn seba’ sigħat ta’ xemx.

 Il-veloċità medja tar-riħ għax-xahar kienet 0.8 knots ogħla mis-6.8 knots mistennijin, b’buffura massima ta’ 33 knot imkejla fil-25 ta’ Lulju. Fl-istess jum, ġew osservati r-ragħad u s-sajjetti millUffiċċju Meteoroloġiku.  
Filwaqt li ġie mkejjel ammont żgħir ħa

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook