Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

filmat | 'U l-Oscar imur għand...le mhux intom, ħadna żball...'

Żball fis-serata tal-Oscars tal-bieraħ irebbaħ film b'ieħor għal 'Best Picture' fis-serata

Veronica Lynn Mizzi / 27 ta' Frar 2017 10:12
Il-preżentaturi ta' dan l-unur, Faye Dunaway u Warren Beatty
L-għada li ssir is-serata tal-Oscars, ġeneralment kulħadd ikun qed jitkellem fuq ir-rebbieħa u fuq x'kienu lebsin dak u l-oħra. Dan ma kienx il-każ din is-sena hekk kif kull min segwa s-serata, spiċċa jitkellem fuq l-iżball oħxon li sar meta ġie mħabbar ir-rebbieħ għall-oscar tal-'Best Picture'.

Il-preżentaturi tal-Oscar għal din il-kategorija, Faye Dunaway u Warren Beatty ingħataw envelopp ħażin, dak għall-aħjar attriċi minflok ta' 'Best Picture', li dak tal-ewwelr ebħitu Emma Stone għall-film 'La La Land'. Minħabba f'hekk, il-preżentaturi qalu li r-rebbieħ kien 'La La Land' fejn telgħu l-atturi u l-kast sabiex jirċievu l-unur u jagħmlu r-ringrazzjamenti tagħhom. Fl-istess waqt, ħarġet persuna mill-produzzjoni li għarrfet lill-persuni fuq il-palk b'dan l-iżball, u kien hemmhekk li tħabbar li l-aktar unur prestiġjuż tas-serata kellu jmur għall-film 'Moonlight'.

Il-kumpanija Price Waterhouse Coopers, li tieħu ħsieb il-voti ta' din is-serata refgħet ir-responsabbiltà ta' dan u ħarġet aplolġija għal dan l-iżball, li qatt ma kien sar bħalu fl-istorja tal-Oscars.

Ir-rebbieħa kollha tas-serata kienu:
  • Best Picture: Moonlight
  • Attur f'parti prinċipali: Casey Affleck - Manchester By The Sea
  • Attriċi f'parti prinċipali: La La Land
  • Attur f'parti sekondarja: Mahershala Ali - Moonlight
  • Attriċi f'parti sekondarja: Viola Davis - Fences
  • Direttur: Damien Chazelle - La La Land
  • Adapted Screenplay: Moonlight - Barry Jenkins
  • Kitba (Original Screenplay): Manchester By The Sea - Kenneth Lonergan
  • Film Animat: Zootopia
  • Ċinematografija: La La Land - Linus Sandgren
  • Mużika (Diska Oriġinali): City Of Stars - La La Land
  • Mużika (Original Score): La La Land


Segwi l-mument tal-inċident sħiħ f'dan il-filmat:

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook