Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Filmat | Claudia Faniello nkurunata rebbieħa...tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision

...Minkejja kull aspettativa Brooke ma tagħmilhiex mal-ewwel tlieta...

Albert Gauci Cunningham / 18 ta' Frar 2017 23:55
It-rebbieħa tal-Eurovision Malta Song Contest hija Claudia Faniello bid-diska balad Breathlessly.  Id-diska ta' Faniello ntlaqgħet b'appalwżi kbar hekk il-kantanta ferm popolari u veterana Mary Spiteri għaddiet ix-xettru li xi darba kellha f'idejha għand Faniello. Fit-tieni post ġiet id-diska Kewkba kanatat minn Janice Mangion u fit-tielet post Kevin Borg bid-diska 'Follow'. Minkejja kull aspettativa Brooke bid-diska Unstoppable, la rebħet u lanqas ġiet fl-ewwel tliet postijiet.

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook