Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Tenishia mal-aqwa DJs tad-dinja f'Londra

Se jdoqq ma' Armin Van Buuren u Ferry Corsten fost l-oħrajn..

Albert Gauci Cunningham / 1 ta' Settembru 2016 12:25
Tenishia...mal-aqwa DJs għal darb'oħra
Id-DJ ferm popolari Malti Tenishia se jkun qed jingħaqad ma' wħud mill-aqwa DJs barranin fit-'Top 100 DJ Party' fl-Akkademja ta' Brixton O2 f'Londra f'party organizzat fit-22 ta' Ottubru. Dan huwa wieħed mill-postijiet prinċipali fejn jkunu organizzati parties ta' dan it-tip fin-nofsinhar tal-belt Ingliża u l-party se jkun qed jittella minn DJ Mag.  

Apparti l-Malti Tenishia, fost id-DJs li se jkunu qed idoqqu f'dan il-party hemm Armin Van Buuren, Ferry Corsten u Markus Shultz. Bħalissa Tenishia qed idur diversi pajjiżi fejn qed idoqq f'parties differenti, fosthom f'Bali, Hong Kong, Shangai u Beijing. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook