Filmat | Mill-bar ta' Polly sal-palazz ta' Vella Hawton ... 'Strada Stretta' fuq l-Illum

Għada fil-ħarġa tal-gazzetta ILLUM il-qarrejja se jiltaqgħu ma' wieħed mill-imħuħ wara s-serje 'Strada Stretta'

Il-bar ta' Polly inessi l-għawġ ta' barra
Il-bar ta' Polly inessi l-għawġ ta' barra
Lydia se tiżżewġu jew le lil Guido?
Lydia se tiżżewġu jew le lil Guido?

Strada Stretta;  ftit ilu prattikament mogħdija minsija, illum fuq fomm kulħadd hekk kif fil-qalba tagħha huwa ambjentat is-serje issa ferm popolari mal-Maltin u l-Għawdxin 'Strada Stretta'. Għada fil-ħarġa tal-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd ILLUM il-qarrejja se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' wieħed mill-imħuħ wara dan is-serje: Justin Farrugia. 

Justin, il-produttur, direttur u editur ta' Strada Stretta jitkellem dwar dak li jagħmel din is-serje differenti, il-kuluri, l-karattri u d-dettall. L-ILLUM tintervista lil Justin fuq is-sett tal-bar ta' Polly, post li minkejja li huwa biss sett, xorta jieħdok lura għas-snin 50 u miegħu titkellem, mhux biss dwar dak li qed jipproduċi hu, imma dwar it-televiżjoni Malti, in ġenerali. 

Segwu l-kummenti ta' Farrugia f'dan il-filmat mill-bar ta' Polly,  b'xeni mis-serje 'Strada Sretta'. Il-filmat ġie editjat mill-fotografu tal-ILLUM Chris Mangion. 

More in Zekzik