Jiena ‘single’ u noħroġ ma’ min irrid

L-attakkant Taljan tal-Atalanta, Marco Borriello, jinsab maħruq minħabba li magazine ħariġlu ritratti ma’ Belen

Marco Borriello se jfittex lil magazine tal-gossip Taljan, ‘Chi’ talli ħariġlu ritratti fil-kumpanija ta’ Belen li kellu relazzjoni magħha snin ilu, u li donnu jidher li reġgħet qed tikber il-fjamma bejniethom meta dna l-aħħar kienu Ibiza flimkien. Borriello qal li se jfittex lil magazine bil-liġi għax ir-ritratti li jieħu hu fil-kumpanija ta’ min irid joħroġhom hu għax dawk skont Boriello huma proprjeta privata u ttieħdu fi proprjeta privata tiegħu.

Fuq Instagram illum kiteb messaġġ li jgħid hekk:

“Bonġu lil kulħadd. Billi f’dawn l-aħħar jiem kont protagonista ta diversi għajdut fuq il-ħajja privata tiegħi nixtieq niċċara li jien SINGLE u m’għandi l-ebda RELAZZJONI SENTIMENTALI ma’ ħadd. Jien liberu li niltaqa u noħroġ ma’ min irrid. Ir-ritratti li ħarġuli ttieħdu fid-dar privata tiegħu u ħadd m’għandu d-dritt jagħmilhom pubbliċi. Nurihom lil min irrid u noħroġhom meta rrid”

More in Zekzik