Il-mudella Jade Cini sabet sorpriża tistenniha malli xirfet mill-bieb ta' barra

ferħet imma wara kellha biċċa xogħol

Ommha Louise bejn iż-żewġ uliedha, it-tnejn ta' suċċess…Yens goalkeeper fil-Premier u eks Internazzjonali U/21 u Jade eks Miss Malta u mudella 'top' f'Malta
Ommha Louise bejn iż-żewġ uliedha, it-tnejn ta' suċċess…Yens goalkeeper fil-Premier u eks Internazzjonali U/21 u Jade eks Miss Malta u mudella 'top' f'Malta

Jade Cini il-mudella popolari f'Malta, oħt il-goalkeeper ta' Mosta Yenz Cini u bint l-eks goalkeeper internazzjonali u ta' Valletta, Reggie Cini dalgħodu sabet sorpriża kbira tistenniha meta xirfet mill-bieb ta' barra u sabet il-karrozza tagħha miksija minn stickies sofor u dawk roża jaqraw 'Happy Birthday'. Din il-biċċa xogħol għamilha l-boyfriend tagħha Timmy Puschkin f'egħluq il-21 sena tagħha. Anke ommha Louise Cini ddeċidiet li tilbes il-kuruna ta' bintha li kienet rebħet 3 snin ilu meta ġiet inkurunata Miss Malta biex tawguralha egħluq sninha. Il-messaġġ ta' Jade Cini lil boyfriend tagħha li ħoqlilha din is-sorpriża kien li għalkemm kienet ferm sodisfatta u ferħana bis-sorpriża, talbitu jgħinha tneħħi dawk l-istickies kollha minn mal-karrozza. 

L-ILLUM jagura lil Jade 'Happy Birthday' u futur mill-isbaħ

 

 

 

More in Zekzik