Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Nagħaġ għamlu ħerba wara li kielu l-ħaxixa bi żball

Dehru nagħaġ storduti f'nofs ta' triq li ttajru mill-karrozzi

John Busuttil / 26 ta' Mejju 2016 15:26
Nagħaġ tħawwad moħħhom wara li bi żball kielu l-cannabis li ntremiet f’villaġġ kwiet u żgħir ta’ Rhydypandy fi Swansea f’Wales. Kunsillier tal-post qal li dawn in-nagħaġ ħolqu ħerba fil-lokalità fejn kien hemm minnhom li daħlu anke fid-djar u għamlu ħerba minn kamra tas-sodda u kien hemm minnhom li dehru storduti f’nofs it-triq u ntlaqtu mill-karozzi. Din il-kannabis ġiet mormija mat-triq minn fabbrika illegali tal-kannabis u jista' jkun li jkun hemm aktar nagħaġ li jsibuhom u jikluhom, u minbarra li jkun ta’ periklu għall-istess nagħaġ, ikunu ta’ dwejjaq għan-nies tal-lokal. Jidher li l-pulizija ħadu azzjoni u ġabru li kien baqa’, iżda jaħsbu li hemm iżjed nagħaġ li laħqu kielu l-ħaxixa.

il-kannabis mormija fit-triq mikula minn nagħaġ
John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook