Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Waqt li l-Prim kien Ruma jara l-Coppa Italia, Chris Agius wera t-talenti tiegħu f'Għawdex

Anke s-sindku ta' Għajnsielem wera li kapaċi bħala player u bħala goalkeeper...araw ritratti

John Busuttil / 22 ta' Mejju 2016 17:50
Dawn ir-ritratti grazzi għal Joseph Sultana joħolqu tbissima minn kulmin jarahom fejn is-Segretarju Parlamentari tal-isport Chris Agius wera t-talenti tiegħu fil-ground ta' Għajnsielem u fakkar lil kulħadd meta kien jilgħab fil-Premier ma' St George's. Biex jisfidah is-sindku Nazzjonalista Franco Ciangura wera li kapaċi jagħti l-penalties u anke jilgħab ta' goalkeeper. Ara x'tilef il-Prim Ministru Joseph Muscat li mar jara l-Milan jitilfu kontra Juventus fil-Coppa Italia f'Ruma. Minn sorsi ta' min jorbot fuqhom instema xi diskors li Simon li hu Juventin rebaħ l-ewwel finali kontra Joseph li hu Milanist!!

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook