(Ritratti) Alexis Sanchez għażel il-football mis-sess

Sanchez qal li ma kienx qed jilgħab tajjeb għax kien jagħmel ħafna sess mar-reġina tas-sbuħija

Alexis sanchez ma' Miss Ċili
Alexis sanchez ma' Miss Ċili
Camilla Andrade li tista tkun ukoll ir-raġuni għaliex telaq lit-tfajla
Camilla Andrade li tista tkun ukoll ir-raġuni għaliex telaq lit-tfajla

Li Player tal-Football jitlaq lit-tfajla tiegħu tismagħha kuljum. Iżda din l-istorja hi waħda mhix solita xejn. L-istilla ta' Arsenal Alexis sanchez telaq lit-tfajla tiegħu Laia Grassi għax skont il-ġurnal taċ-Ċili minfejn hu Sanchez kellu problemi magħha fil-kamra tas-sodda.

Għall-bidu kien hemm rapporti li ġġieldu minħabba li wara t-tazza tad-dinja ma ħax tiekol lill-ex Miss Ċili, laia Grassi. Iżda din ma kinitx ir-raġuni vera. Alexis Sanchez tant ried juri l-aqwa tiegħu ma' Arsenal li ma setax jagħti lil Grassi dak li riedet fis-sodda. Apparanetament hu kien qed jerfa l-enerġija tiegħu għal partiti fil-ground. Għalhekk bażikament telaqha għal raġuni sempliċi għax ma setax ikollu sess magħha, qalet La Cuarta.

Ovvjament din id-dedikazzjoni tiegħu lejn il-club ta' min jonoraha għax mhux kulħadd lest li jċedi l-avvanzi sesswali ta' reġina tas-sbuħija biex jagħżel li jikkonċentra aktar fuq il-logħba.

Sanchez fil-bidu xejn ma kien qed jimpressjona mal-Arsenal u dan skont l-istess Sanchez kien għax kien qed ikollu ħafna sess.

Ħafna rġiel joqtlu biex ikollhom tfajla bħal ta' Sanchez iżda forsi l-wirjiet tiegħu fil-Football joffrulu xi ħaġa isbaħ. Għalkemm ħarġet aħbar ukoll li hu bagħat messaġġ fuq what's app lil Camilla Andrade li rebħet miss Chile.

 

 

More in Zekzik