Cumberbatch jiddeskrivi l-għarusa tiegħu bħala sempliċiment cool

Ma setax jemmen li tkellem ma’ Brad Pitt u Angelina Jolie waqt l-Oscars

Benedict Cumberbatch flimkien mal-għarusa tiegħu
Benedict Cumberbatch flimkien mal-għarusa tiegħu

Benedict Cumberbatch jitkellem dwar x’jogħġbu fl-għarusa tiegħu mal-magazin People, waqt li kien qed jirreklama l-film ġdid tiegħu, The Imitation Game.

“Hi sempliċiment cool. Hi kburija b’xogħli, hi kburija bija u tħobbni. Dak l-importanti, le? Hi waħda mir-raġunijiet għaliex naqblu. Ir-relazzjoni tista’ tkun diffiċli ħafna imma hi qiegħda fit-tmun fuq dil-biċċa,” qal b’referenza għall-adorazzjoni li jirċievi mingħand il-ħafna ammiraturi femminili tiegħu.

Imma meta staqsewh jekk humiex beħsiebhom jibdew familja hekk kif jiżżewġu, Cumberbatch qal li ma jistax jikkummenta. Fil-fatt l-attur jixtieq iżżomm il-ħajja privata kemm jista’ jkun normali u mhux jaqsamha fil-pubbliku.

Cumberbatch iltaqa’ mal-attriċi Ingliża fl-2009 fuq is-sett ta’ Burlesque Fairytale imma ilu sena joħroġ magħha.

Dwar il-fama li kiseb, l-attur jgħid li qabel kien imdorri josserva u issa hu qed jiġi osservat. Imma jsostni li kulma għandu jagħmel hu li jibqa’ għaddej b’ħajtu. Żied jgħid kif lanqas seta’ jemmen li spiċċa jparla ma’ Brad Pitt u Angelina Jolie waqt l-Oscars grazzi għall-fama.

More in Zekzik