Il-proġett ta’ raħal tal-Karnival se jittrasforma f’ċentru kulturali b'ċinema, teatri u studios

Ċinema bi 616 siġġu, teatru fuq ġewwa bi 380 siġġu, teatru fuq barra bi 914 siġġu u studios għall-provi għal rock bands u għaż-żfin huma parti mill-proposta tal-iżvilupp ġewwa l-Marsa

Ġew proposti ċinema u żewġ teatri fil-hub kulturali li se jieħu post il-villaġġ tal-karnival, Albert Town, fil-Marsa. 

Id-dettalji tal-iżvilupp ġew żvelati minn Project Description Statement, proġett ippreżentat minn Festival Malta fuq sit fejn fl-2016 kien ġie approvat vilaġġ tal-karnival iżda qatt ma seħħ. 

l-iżvilupp kulturali l-ġdid se jinkludi kmamar għall-bini ta' karrijiet u kostumi li jkopru  6,246sq.m, 18-il studio ta' gruppi rock, studio għall-provi taż-żfin, teatru ta' 380 siġġu fuq ġewwa u ieħor fuq barra ta' 940 siġġu, ċinema 5D b'616 siġġu, mużew iddedikat għall-arti tal-ispettaklu u kaffeterija bi spazji miftuħa kif ukoll uffiċini. 

Il-bini l-ġdid jinsab fi ħdan iż-żona industrijali Albertown, faċċata tal-biċċerija u qribn tal-Pixkerija u ċ-ċentru miftuħ tal-Marsa.

Se jkun mibni fuq ħames sulari u jitla’ sa massimu ta’ 22m, il-proġett se jkollu Gross Floor Area (GFA) ta’ madwar 77,200sq.m u footprint ta’ madwar 19,215sq.m.

Il-villaġġ tal-karnival kien diġà approvat fl-istess żona fl-2016, iżda x-xogħlijiet qatt ma bdew. Dilettanti tal-karnival kienu ilhom imwiegħda faċilità fejn ikunu jistgħu jibnu l-karrijiet tagħhom. 

Ikkumparat mal-proposta tal-2016, it-total ta' Grass Floor Area tal-proġett se jiżdied minn 26,970sq.m għal 77,200 sq.m, filwaqt li l-fforprint se jonqos minn 19,215sq.m għal 13,010sq.m. 

Iż-żieda fil-massa tal-proġett fuq footprint imnaqqas hija possibbli minħabba żieda fl-għoli tal-bini minn 12m għal 16.6m fi Triq il-Biċċerija u 21.7m fi Triq Troubridge.

Il-proġett se jinkludi wkoll 310 post għall-parkeġġ. Huwa stmat li l-proġett se jiġġenera medja ta’ 973 vjaġġ b'vetturi kuljum. Il-pannelli PV fuq il-bejt mistennija jkopru d-domanda għall-enerġija tal-faċilitajiet li qed jiġu proposti.

More in Socjali