Il-Ministru għas-Saħħa jikkonferma li hemm biss 14-il mediċina out of stock

Kif irrappurtat fl-aħħar aġġornament tac-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU), hemm biss 14-il mediċina tal-POYC out of stock fil-pajjiż

Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva saħaq li se jibqa’ kommess li jżomm in-numru ta’ mediċini out of stock baxx. Dan intqal wara li l-Ministeru għamel kjarifika għal risposta li ngħatat ilbieraħ mill-Ministru Jo Etienne Abela dwar l-ammonti ta’ mediċini li jinsabu out of stock bħalissa. 

Il-Ministru Abela jikkonferma li effettivament hemm biss 14-il mediċina tal-POYC out of stock fil-pajjiż, kif irrappurtat fl-aħħar aġġornament tac-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)- li huwa aċċessibbli għall-pubbliku onlajn u li jiġi aġġornat b’mod regolari. 

Il-Ministeru kompla jgħid li in-numru kkwotat mill-Ministru jirreferi għan-numru ta’ mediċini li għalkemm ikunu neqsin mill-binja tal-Isptar Mater Dei jew spiżeriji oħra, ma jkunux out of stock fil-pajjiż għaliex ikun hemm stokk miżmum fl-imħażen tal-istess CPSU, li taħżen u tiddistribwixxi l-mediċini fl-istituzzjonijiet mediċi kollha pubbliċi madwar Malta u Għawdex. 

"F’ dawn il-każijiet id-dewmien fit-tqassim tal-ammonti mitluba mill-Isptar huwa kkawżat minħabba problemi loġistiċi marbuta man-natura ċċentralizzata tad-distribuzzjoni tal-mediċini" qal il-Ministeru.

More in Socjali