529 ħabta bejn tal-linja u vettura bejn Jannar u Ġunju

Minn Jannar sa Ġunju tal-2023, seħħew 529 ħabta bejn karozza tal-linja u vettura oħra, bil-maġġoranza ta’ dawn l-inċidenti jkunu bumper to bumper

Minn Jannar sa Ġunju tal-2023, seħħew 529 ħabta bejn karozza tal-linja u vettura oħra, bil-maġġoranza ta’ dawn l-inċidenti jkunu bumper to bumper. 

Dan intqal waqt seduta Parlamentari, fej il-Membru Parlamentari Graziella Attard Previ saqsiet lill-Ministru responsabbli tat-Trasport Aaron Farrugia jemm seħħew inċidenti li nvolvew il-karozzi tal-linja minn Jannar sa Ġunju tal-2023. 

Il-Ministru Farrugia qal li l-operatur tat-trasport pubbliku rrapporta 529 inċidenti li seħħew bejn karozza ta-linja u xi vetturi oħra, bil-maġġoranza tagħhom ikunu inċidenti minuri fosthom bumper to bumper. 

Barra minn hekk, kien hemm 244 inċident fejn karozza tal-linja laqtet xi oġġett, tliet inċidenti involvew xi persuni, filwaqt li 106 inċident ma kinux kklassifikati. 

 

More in Socjali