Malta rat żieda ta’ 15.2% fin-numru ta’ persuni li qattgħu iljieli f’stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni

Iċ-ċifra, fit-tielet kwart tal-2023, laħqet is-662,593, żieda ta’ 15.2% mis-sena 2022 għas-sena 2023 fejn il-maġġor parti ta’ dawn l-iljieli qattgħuhom f’lukandi t’erba’ stilel

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li kien hemm żieda fin-numru ta’ persuni li qattgħu ijieli f’ stabbiliment ta’ akkomodazzjoni.

Iċ-ċifra, fit-tielet kwart tal-2023, laħqet is-662,593, żieda ta’ 15.2% mis-sena 2022 għas-sena 2023.

L-għadd sħiħ ta’ iljieli laħaq it-3,242,318, jiġifieri mis-sena 2022 għas-sena 2023, Malta rat żieda ta’ 10.5%

Il-biċċa l-kbira taʼ dawn l-iljieli kienu mgħoddijin fʼlukandi taʼ erbaʼ stilel bi 48.9%.

L-użu nett taʼ sodod kien taʼ 77.9%, żieda taʼ 5.4 punti perċentwali meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022.

FʼSettembru 2023, fʼpajjiżna kien hawn 284 stabbiliment taʼ akkomodazzjoni kollettiva li bejniethom kellhom 20,129 kamra tas-sodda u 45,861 sodda.

FʼGħawdex u Kemmuna, il-persuni li qattgħu xi ljieli fi stabbiliment taʼ akkomodazzjoni kollettiva żdiedu bi 30.8% sabiex laħqu t-38,839, filwaqt li l-iljieli li għamlu żdiedu bi 22.1% sabiex laħqu l-127,488.

More in Socjali