Il-proġett tal-Imsida jattira tliet offerti

Infrastruttura Malta tħabbar l-għeluq tal-proċess tas-sejħa għall-offerti għall-proġett 'Msida Creek'

L-Infrastruttura Malta (IM) ħabbret l-għeluq b’suċċess tas-sejħa għall-offerti għall-proġett Msida Creek, żvilupp infrastrutturali sinifikanti.

Is-sottomissjonijiet irċevuti huma; EPE JV – €34,700,007.77; Shining Star Infrastructure and Construction Co Ltd –€49,749,766.90 u RM Construction Ltd – €40,798,652.99.

Il-proġett jinvolvi l-bini ta’ flyover ġdid maħsub biex jissostitwixxi l-junctions tad-dwal tat-traffiku eżistenti u jinkorporaw faċilitajiet għal modi alternattivi tal-ivvjaġġar. Dan il-proġett ambizzjuż ġabar interess sostanzjali mill-industrija.

Il-proċess tal-offerti ntemm bis-sottomissjoni ta’ tliet proposti kompetittivi biex isir dan il-proġett trasformattiv nhar it-Tlieta.  

IM sostniet li “ir-rispons pożittiv huwa wieħed ta’ vot ta' fiduċja fl-impenn ta' Malta biex ittejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura ta’ Malta. Timmira wkoll biex tipprovdi l-kapaċità meħtieġa biex jingħelbu l-isfidi eżistenti u jintlaħqu rekwiżiti futuri.”

IM saħqet li dan il-proċess ta’ evalwazzjoni se jiżgura li l-offerent magħżul jallinja bla xkiel mal-viżjoni tagħna għall-proġett Msida Creek u jippossjedi l-għarfien meħtieġ biex iwasslu riżultati ta' standard għoli.

Dan il-proġett jirrapreżenta l-ewwel proġett infrastrutturali li jinkorpora operazzjonijiet komprensivi ta’ 10 snin u perjodu ta’ manutenzjoni.

More in Socjali