Kampanja għal kontra l-bullying u l-esklużżjoni fuq il-post tax-xogħol

bBrave tniedi kampanja sabiex tiġi indirizzata direttament il-kwistjoni ta’ bullying u esklużżjoni li wieħed jesperjenza fuq ix-xogħol bl-għan li tqajjem kuxjenza fuq it-tema

bBrave, għaqda mhux governattiva tniedi kampanja f’Malta ‘Kampanja ta’ Għarfien’ kontra l-bullying u l-esklużżjoni fuq il-post tax-xogħol. 

Din il-kampanja hija mibnija fuq studju ta’ riċerka żvela li “Il-maġġoranza tan-nies li jwettqu l-bullying ikollhom karigi għoljin."   

L-għan ta’ din il-kampanja hu li tqajjem kuxjenza dwar il-bullying u l-esklużżjoni li jseħħ fuq il-post tax-xogħol u tenfasizza l-ħtieġa li din il-kwistjoni tiġi indirizzata direttament hekk kif “20% tal-parteċipanti li esperjenzaw bullying sabu li dan kien iseħħ ta’ kuljum.”

Għan ieħor ta’ din il-kampanja hu li jiġi evitat miti u sterjotipi madwar il-kwistjoni tal-bullying fin-narrattiva. bBrave għandha l-missjoni li tqanqal l-għarfien, tipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u tippromwovi mekkaniżmi ta’ appoġġ għal dawk milquta sabiex titwettaq bidla. 

Filwaqt li tistieden lill-pubbliku jgħin ixerred il-kelma, bBrave tappella wkoll lil dawk milquta jikkuntatjaw lil Dr Aaron Zammit Apap fuq [email protected] jekk għandhom xi mistoqsijiet. 

More in Socjali