Malta u l-prezzijiet tal-enerġija fl-UE

Skont studju maħruġ mill-Eurostat, Malta irrapportat tnaqqis ta’ 3% fil-prezzijiet tal-elettriku tad-djar hekk kif il-prezzijiet għolew madwar l-Unjoni Ewropea

Fl-aħħar nofs tal-2022, il-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass għolew madwar l-UE, speċjalment is-suq tal-gass naturali li ra ħafna varjazzjonijiet fil-prezz.

Malta, b’kuntrast mat-tendenza tal-Unjoni Ewropea (UE), irrapportat tnaqqis ta’ 3% fil-prezzijiet tal-elettriku tad-djar 

Id-dejta tal-Eurostat tindika li l-prezzijiet medji tal-elettriku u tal-gass komplew jogħlew fl-2023. 

Il-prezzijiet medji tal-elettriku tad-dar ta' Malta fl-ewwel nofs tas-sena 2023, kienu ta’ €12.6 għal kull 100 kWh, li jikkuntrastaw bil-kbir mal-ogħla prezzijiet fl-Olanda, il-Belġju, ir-Rumanija, u l-Ġermanja bi prezzijiet li jvarjaw bejn €41.30 u €47.50 għal kull 100kWh. 

Fl-ewwel nofs tal-2023, il-prezzijiet medji tal-elettriku tad-djar fl-UE żdiedu minn €25.3 għal kull 100 kWh għal €28.9 għal kull 100 kWh meta kkumparati mal-2022.

Il-prezzijiet medji tal-gass żdiedu wkoll fl-UE meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022, minn €8.6 għal kull 100 kWh għal €11.9 għal kull 100 kWh fl-ewwel nofs tal-2023. Dawn il-prezzijiet huma l-ogħla rreġistrati fl-Ewropa mill-Eurostat.

Il-prezzijiet tal-enerġija issa qiegħdin jistabbilizzaw wara li ħallew lill-UE tissielet man-nuqqas ta' importazzjoni mir-Russja minn mindu seħħet l-invażjoni fl-Ukrajna.

More in Socjali