TM tavża lis-sewwieqa biex jevitaw il-Mosta bejn is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu

mis-Sibt filgħaxija mit-8 sal-Ħadd wara nofsinhar huwa avżat li sewwieqa jużaw rotot alternattivi

Transport Malta ħarġet avviż pubbliku għal dawk li qed jippjanaw li jivvjaġġaw mill-Mosta u lejn il-Mosta fi tmiem il-ġimgħa. Il-Kunsill Lokali tal-Mosta se jorganizza attività li se jkollha impatt fuq it-traffiku fl-inħawi mis-Sibt filgħaxija mit-8 sal-Ħadd wara nofsinhar.

Fid-dawl tal-avveniment, TM irrakomandat lis-sewwieqa biex jikkunsidraw rotot alternattivi u jevitaw li jgħaddu mill-Mosta fil-ħinijiet speċifikati. Se tingħata assistenza lis-sewwieqa, grazzi għall-Uffiċjali tal-Kontroll tat-Traffiku li se jkunu stazzjonati fuq il-post biex jiggwidaw u jidderieġu l-vetturi.

 

More in Socjali