54 kontravenzjoni minn TM aktar kmieni din il-ġimgħa

Transport Malta wettqet spot check fin-Naxxar permezz tal-Vehicle Inspection Unit, fejn ħarġet 54 kontravenzjoni wara li ġew spezzjonati 14-il vettura

Transport Malta (TM) kompliet bil-ħidma ta’ infurzar hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa intuża l-Vehicle Inspection Unit u wettaq spot check fin-Naxxar.

Waqt din l-ispot check ġew spezzjonati 14-il vettura, fejn minnhom ingħataw 54 kontravenzjoni. Ġew ikkonfiskati ukoll pjanċi minn żewġ vetturi. 

Trakk instab li kien qabeż il-limitu ta’ toqol wara li ntiżen u għalhekk ġie skortat biex inaqqas il-piż sakhemm kien konformi mar-regolamenti.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Jonathan Borg qal li l-Vehicle Inspection Unit se tkompli twettaq dawn il-verifiki, bil-għan ikun li jiġu mħarsa l-istandards tas-sigurtà u l-konformità tal-vetturi. Finalment Borg saħaq li dan l-infurzar qed iqqajjem il-kuxjenza u jservi ta’ edukazzjoni għas-sidien tal-vetturi u s-sewwieqa.

More in Socjali