San Pawl il-Baħar jgħaddi lil Birkirkara bħala l-aktar Lokalità Suxxettibbli għal Inċidenti

Skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, kien hemm żieda kontinwa fl-Inċidenti tat-Traffiku, it-Tnejn ħareġ bħala l-aktar jum li rreġistra inċidenti, b'692 inċident irrapurtat

Statistika tat-tielet kwart tal-2023 żvelat li San Pawl il-Baħar qabeż lil Birkirkara bħala l-lokalità bl-akbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku.

Ir-rapport ta' kull tliet xhur, maħruġ mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika l-NSO, indika żieda ta' 7.1% fl-inċidenti tat-traffiku u tnaqqis ta' 4.9% fid-diżgrazzji meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022.

Matul it-tielet kwart tal-2023, it-Tnejn ħareġ bħala l-aktar jum li rreġistra inċidenti, b'692 inċident irrapurtat, li jikkostitwixxu 15.9% tal-inċidenti totali.

More in Socjali