Baġit 2024| Grech: Gvern li għeja u qata’ qalbu

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-baġit 2024, Bernard Grech qal li l-Gvern li għeja, mingħajr soluzzjonijiet u ma jridx jifhem lil poplu Malti għaliex baqa’ għaddej bl-istess mudell

Ir-reazzjoni ta’ Bernard Grech, il-Kap tal-Oppożizzjoni rigward il-Baġit 2024 stqarr li kien ‘baġit mingħajr soluzzjonijiet”. Grech kompla jgħid li l-popolazzjoni, issa qiegħda tħoss piż kbir u minflok sab soluzzjoni għal dan, il-Gvern Laburista baqa’ għaddej bl-istess mudell tiegħu. Grech saħaq li Robert Abela se jkompli jiddependi minn low earners u cheap labours minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea - “b’hekk biss irid ikabbar l-ekonomija” saħaq Grech.

Grech qal li Robert Abela u Clyde Caruana, illejla kkonfermaw li mhux se jagħtuna soluzzjoni. 

Huwa kompla jsostni li l-Gvern Laburista għeja u mhux qiegħed jifhem x’iridu n-nies. Grech sostna jgħid li n-nies qed tħoss it-tbatija u li l-poplu Malti qed ikollu jikkompeti kuljum biex isib xi servizz jew ieħor. 

Grech isemmi wkoll in-nuqqas ta’ investiment rigward l-għoli tal-ħajja, u li l-Gvern, b’dak li ħabbar fid-diskors tal-baġit tiegħu, ikkonferma li l-Gvern huwa bla soluzzjonijiet. 

Grech qal li dan mhux hu biss qed jarah, imma anke sieħba-soċjali għaliex ma tax investimenti fejn jidħol is-settur tal-edukazzjoni.

Grech kompla jgħid li l-Gvern Laburista ma semma xejn rigward kif se jirkupra lura dawk l-€400 miljun li juri biċ-ċar li l-Gvern “qata’ qalbu” u li minħabba li hu mdaħħal f’kollużjoni “ma jistax iġib lura l-flus”.

Fl-aħħarnett, Grech semma li "ma hemm l-ebda investiment sostenzjali".

More in Socjali