Baġit 2024| L-Allowance għat-Tfal se tiżdied għal €450 għal kull tifel u tifla

 L-allowance ta’ €450 se tingħata lill-familji sakemm uliedhom jilħqu l-età ta’ 16-il sena, iżda f’każijiet speċjali ta’ familji bi dħul baxx, ser jibqgħu jirċievu l-allowance sakemm uliedhom jilħqu l-età rta’ 18-il sena. 

Allowance għat-tfal 

Il-Minsitru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li  wara li ftaħar li kien dan il-Gvern stess li introduċa għall-ewwel darba l-allowance għat-tfal ħamsin sena ilu. 

Waqt id-diskurs, Caruana qal li se tingħata żieda ta’ €90 fis-sena għal ħames snin f’Allowance għat-tfal. Caruana kompla jtenni li se tkun qed tingħata żieda ta’ tlett darbiet aktar u li mis-sena d-dieħla se tiżdied bi €250 għal kull wild. 

Caruana qal li din hija l-akbar żieda li qatt ingħatat fil-ħamsin sena li ilu jeżisti dan il-benefiċċju u ser tolqot aktar minn 41,000 familja bi 62,000 tifel u tifla. Il-familji li għadhom it-tfal se igawdu minn sostenn ta’ €15.5 miljun. 

Allowance speċjali għal min ikompli l-edukazzjoni wara l-età obbligatorja

Il-Ministru qal li l-allowance ta’ €450 se tibqa’ tingħata lill-familji sakemm uliedhom jilħqu l-età ta’ 16-il sena, iżda f’każijiet speċjali ta’ familji bi dħul baxx, ser jibqgħu jirċievu l-allowance sakemm uliedhom jilħqu l-età rta’ 18-il sena. 

Huwa kompla jisħaq li jridu jgħinu wkoll lill-ġenituri ta’ dawn l-istudenti biex jibqgħu jappoġġjawhom. La darba l-ulied jgħalqu t-18-il sena, Caruana qal li l-ġenturi se jkunu eliġibbli Allowance Speċjali ta’ €500 fis-sena għal tliet snin jekk it-tfal ikomplu bl-edukazzjoni full-time u jibqgħu jgħixu mal-ġenituri. 

Il-Ministru qal li dan il-benefiċċju ser jibda jingħata lill-ġenituri ta’ dawk li bdew l-ewwel sena tal-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom mis- 25 sena skolastika preżenti u jitħallas fi tmiem is-sena skolastika. Ser igawdu minnu madwar 4,800 familja fl-ewwel sena, liema ammont jitla’ għal kważi 15,000 familja sa tliet snin oħra b’nefqa ta’ €7.5 miljun.

Żieda oħra fil-Bonus għat-Twelid u Adozzjoni

Caruana qal li fl-2020 kien ġie introdott Bonus biex jgħinu familji b’wild ġdid jew adozzjoni. Għat-tieni darba, Caruana qal li ser iżidu dan il-bonus u minn €400 għal kull wild mis-sena d-dieħla se jitla’ għal €500 għall-ewwel wild u minn €400 għal €1,000 għat-tieni wild ġdid jew aktar fil-familja.

Il-Ministru qal li madwar 3,200 familja ser igawdu minn din iż-żieda. 

Titwessa’ l-eliġibilità għal krediti tat-trobbija

Il-lum il-ġurnata familji li jaħdmu u li jinterrompu l-karriera biex jibnu familja jibbenefikaw minn krediti fil-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għal kull wieħed mill-ewwel tlett itfal li jkunu rabbew. Caruana sostna li mis-sena d-dieħla dan il-benefiċċju ser jitwessa’ sabiex ġenituri li l-ewwel bnew familja u mbagħad daħlu fid-dinja tax-xogħol, ikunu wkoll intitolati għal dawn il-krediti tat-trobbija minħabba li sal-lum mhumiex

More in Socjali