Is-Sindku tal-Birgu jagħmel protesta wara projbizzjoni tal-għawm fl-inħawi tat-Toqba

Residenti fil-belt tal-Birgu ngħaqdu mas-sindku tagħhom John Boxall f’protesta għat-tabelli li twaħħlu mal-kosta tat-Toqba sabiex jintemm l-għawm f’dawk l-inħawi

Protesta fil-port tal-Birgu
Protesta fil-port tal-Birgu

Residenti fil-belt tal-Birgu ngħaqdu mas-sindku tagħhom John Boxall f’protesta għat-tabelli tal-Infrastruttura Malta li twaħħlu mal-kosta tat-Toqba fejn hemm miktub li ma jistgħux jgħumu fiż-żona. 

Mal-protesta tal-Kunsill Lokali ngħaqad Moviment Graffitti, li qal li t-tabelli ndikaw xi ħaġa ferm aktar allarmanti, b’referenza għall-jott marina ta’ 340 rmiġġ ippjanata mill-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħlijiet. 

Graffitti qal li se jappoġġjaw lir-residenti tal-Birgu biex ħadd ma jneħħi dak li hu tal-pubbliku bi dritt.   

Fl-2020 Transport Malta ppreżentat pjanijiet għal 305 spazju għall-irmiġġ ġdid, minkejja l-fatt li il-Ministru tat-Trasport, Ian Borg, kien qal li l-marina tal-Kalkara mhu se tikber qass biss b’ċentimetru wieħed.  

F’Ottubru 2019, il-MaltaToday kienet żvelat li l-geoserver tal-Awtorità tal-Ippjanar kien qed juri applikazzjoni għal żona li tkopri madwar 35,000 sq.m tul Triq Sally Port u Triq ix-Xatt, fil-Kalkara, iżda l-websajt ma tat l-ebda dettalji pubbliċi dwar x’kienet applikazzjoni teknikament 'mhux kompluta'. 

L-aħbar tal-espansjoni potenzjali tal-marina eżistenti ta’ 21,000 sq.m irrabjat lir-residenti, u qasmu t-tħassib tagħhom fuq il-midja soċjali. Iżda Borg ċaħad li jkun hemm espansjoni fil-marina tal-Kalkara.  

Il-proġett qed jiġi ġġustifikat bħala mod kif jinħoloq arranġament uniformi ta' rmiġġ għad-dgħajjes, li bħalissa huma ankrati bl-addoċċ. 

More in Socjali