Issiġillat il-ftehim biex tiżdied il-paga minima għall-erba’ snin li ġejjin

Il-paga minima nazzjonali mistennija tiżdied għal €200.73 għal kulħadd minn Jannar 2024

Il-paga minima ta’ €192.73 fil-ġimgħa, f’Jannar 2024 se tkun qed tiżdied għal €213.54 fil-ġimgħa. Fil-fatt, mill-1 ta’ Jannar 2024, il-paga minima ta’ kulħadd trid tiġi aġġustata għal €200.73, li biż-żieda bil-COLA, tfisser li se tiżdied għal €213.54.

Il-Gvern se iwettaq wegħda elettorali  li turi li l-paga minima se tkun qiegħda tiżdied gradwalment kull sena għall-erba’ snin li ġejjin. Dan jeskludi ż-żidiet li jingħataw kull sena bil-COLA. 

Aktar kmieni din is-sena, l-Low Commission Wage pproponiet li tingħata żieda flimkien mal-imsieħba soċjali u rappreżentanti tal-Gvern. 

Għalhekk, paga minima li tvarja bejn €192.73 u €198.73 fil-ġimgħa, fl-2024 qed jieħu żieda ta’ bejn €2 u €8 fil-ġimgħa apparti l-COLA statutorja għall-2024. 

Min għandu paga li taqbeż il-€198.73 iżda mhux l-€200.73 fil-ġimgħa, jieħu d-differenza, u magħha l-COLA statutorja għall-2024.

Waqt stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Socjali Andy Ellul sostna li din iż-żieda tirrifletti ħidmet il-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. 

Il-Gvern dejjem żamm u se jibqa’ jżomm il-ħaddiema fiċ-ċentru tal-ħidma filwaqt li jkomplu jgħinulil kulħadd ikompli jimxi ’l quddiem fis-soċjetà.

More in Socjali