Offerent tal-inċineratur jappella d-deċiżjoni tal-Wasteserv li tagħti kuntratt lil konsorzju Franċiż-Malti

Hitachi-Zosen Inova AG-Terna S.A. qed tappella id-deċiżjoni tal-Wasteserv li tagħti l-offerta tal-inċineratur lil konsorzju magħmul mill-kumpanija Franċiża Paprec u Bonnici Brothers Ltd

Fejn se jsir l-iżvilupp tal-inċeneratur (ritratt:Wasteserv)
Fejn se jsir l-iżvilupp tal-inċeneratur (ritratt:Wasteserv)

Hitachi-Zosen Inova AG - Terna S.A., waħda mill-offerenti għall-faċilità tal-waste-to-energy ta’ Wasterserv, appellat id-deċiżjoni tal-aġenzija li tagħti l-offerta lil konsorzju Franċiż-Malti.

"WasteServ tista’ tikkonferma li l-perjodu ta' waqfien intemm minn Hitachi-Zosen Inova AG - Terna S.A., li ressqet appell," qalet l-aġenzija nhar it-Tnejn.

Bonnici Brothers u Paprec, kumpanija Franċiża tar-riċiklaġġ, intgħażlu bħala l-offerent preferut fit-13 ta’ Ottubru għall-proġett tal-inċineratur tal-Wasteserv fil-Magħtab. Il-proġett huwa wieħed mill-akbar kuntratti ta’ infrastruttura pubblika li qatt ingħata u l-konsorzju rebbieħ intgħażel wara li ressaq l-inqas offerta ta’ €600 miljun.

Wasteserv qalet li bħall-offerent rakkomandat, Hitachi-Zosen Inova AG-Terna S.A. ressqet offerta konformi. L-offerta ta’ Hitachi ġiet bi prezz ta’ €781,512,463, filwaqt li Paprec-BBL ressqet offerta ta’ €599,659,900.

Il-proċess tal-appell issa se jkun immexxi mill-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi.

Il-MaltaToday żvelat il-Ħadd li s-sieħeb Malti fil-konsorzju li ngħata s-sejħa għall-offerti tal-inċineratur tal-Magħtab ta’ bosta miljuni ta’ ewro għandu rabtiet mal-kingpin tal-iskandlu taż-żejt tal-2013 George Farrugia.

Bonnici Brothers Ltd, kumpanija Maltija tal-kostruzzjoni, hija l-uniku shareholder f’kumpanija tal-enerġija mmexxija minn Farrugia.

Il-kumpanija tal-enerġija ENV Energy Solutions twaqqfet f’Ġunju 2018 u tgħodd bħala l-uniku shareholder, Bonnici Brothers. Skont id-deskrizzjoni fuq il-websajt tagħha, ENV hija involuta fil-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u s-servizzi tal-infrastruttura taż-żejt, id-distribuzzjoni tal-prodotti u l-enerġija ġdida. Farrugia huwa s-CEO tal-kumpanija.

More in Socjali