Aktar temp imsaħħab mistenni il-ġimgħa d-dieħla

It-tbassir tat-temp għall-ġimgħa li ġejja juri tranżizzjoni notevoli mit-temp li drajna nesperjenzaw dan l-aħħar u tindika li l-preżenza tal-ħarifa qed issir aktar evidenti

Malta mistennija tara xi ħalbiet iżolati ta' xita fil-jiem li ġejjin
Malta mistennija tara xi ħalbiet iżolati ta' xita fil-jiem li ġejjin

Is-sewwieqa huma avżati bil-qawwa biex isuqu b'kawtela fit-toroq. Kif imbassar, ix-xita se tkun aktar preżenti fil-gżejjer Maltin fil-jiem li ġejjin. Ix-xita mistennija tkun ħafifa, b'ammonti żgħar mistennija sa kmieni waranofsinhar. 

B'ħarsa 'l quddiem, il-Ħadd, it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab, it-Tnejn u t-Tlieta se jkunu kkaratterizzati minn temp imsaħħab ukoll.

Dan filwaqt li l-Erbgħa, se jkun hemm possibbiltà ta’ ħalbiet tax-xita. Il-Ħamis huwa mbassar li jġib kundizzjonijiet tar-riħ flimkien ma’ ħalbiet iżolati tax-xita, kif ukoll temp iktar frisk.

Finalment il-Ġimgħa, it-temp s’issa huwa mbassar li jkun ftit imsaħħab.

B'hekk din il-ġimgħa jidher li t-temp se jibda' jaqleb bil-mod biex jixbaħ aktar it-temp tal-ħarifa.

More in Socjali