Ed Sheeran se jtella’ kunċert f’Malta fis-sajf

Id-data u l-post se jitħabbru iktar 'il quddiem dis-sena

Ed Sheeran se jtella’ kunċert f’Malta
Ed Sheeran se jtella’ kunċert f’Malta

Ed Sheeran se jagħti kunċert f’Malta s-sajf tas-sena d-dieħla waqt li se jkun fuq tour fl-Ewropa.

Skont il-websajt tiegħu, Ed Sheeran ġej Malta biex jagħti kunċert bejn Lulju u Ġunju. Iktar dettalji se joħorġu fis-6 ta’ Novembru. 

Riċentament, il-kantant tat-32 sena, għandu l-album tiegħu bl-isem ‘Autumn Variations’ fl-ewwel post fl-Ingilterra, li huwa it-tieni album li ħareġ din is-sena.  

Din hija l-ewwel darba li Sheeran se jtella’ performazzjoni fil-gżejjer Maltin li ilha tant żmien antiċipata mit-tour ewropea tiegħu. 

Il-mużika ta’ Sheeran hija magħrufa għat-taħlita ta’ ġeneri fosthom, mużika pop, folk, akustika u anke R&B.

More in Socjali