Is-swar tal-Imdina jixgħelu blu biex ifakkru lil dawk kollha bl-Awtiżmu

Il-Fondazzjoni Marigold qalet illi din is-sena dan l-avveniment għandu tifsira aktar profonda

Mixgħula blu biex tfakkar lil dawk bl-Awtiżmu
Mixgħula blu biex tfakkar lil dawk bl-Awtiżmu

Fil-bidu tax-xahar li jfakkar l-Awtiżmu il-Fondzzjoni Marigold ingħaqdet mal-bqija tal-komunità tal-Awtiżmu biex tfakkar dan ix-xahar.  Dan għamlitu billi xegħlet, b'mod simboliku, s-swar tal-Imdina bil-kulur blu. 

Fi stqarrija l-Fondazzjoni qalet illi din is-sena dan l-avveniment għandu tifsira aktar profonda hekk kif bosta qed ikollhom jiffaċċjaw l-iżolament u l-iddistanzjar soċjali minħabba l-imxija tal-Covid-19.

Il-Fondazzjoni tfakkar illi għal persuni bl-awtiżmu li tibqa' fi spazju ristrett għal tul ta' żmien hija ħafna aktar diffiċli u dan il-fatt iwassal għal aktar ansjetà u stress. 

Il-Fondazzjoni esprimiet solidarjetà u talbet lis-soċjetà tkun ta' aktar appoġġ u tkun aktar konxja ta' dawn il-fatti bħalissa. 

Filwaqt li fakkret illi l-attività bin-nies ta' din is-sena ma kinitx organizzata, il-Fondazzjoni qalet ukoll illi din is-sena qed tiddedika id-dawl blu għall-ħaddiema kollha tas-saħħa, il-forzi kollha tas-sigurtà u dawk fid-Dipartiment tat-Tindif. 

Jekk tixtieq tgħin lill-Marigold tgħin persuni bl-Awtiżmu:

Ċempel fuq +356 5170 2052 għal donazzjoni ta' €15

Ċempel fuq +356 5180 2053 għal donazzjoni ta' €25

Ibgħat SMS fuq  +356 5061 9238 għal donazzjoni ta' €11.65

Jew BOV mobile pay fuq +356 9991 2373 għal kull ammont ieħor li tixtieq int

More in Socjali