33 mużiċist, 12-il kantant, 45 dar iżda sinfonija waħda: l-Innu Malti

Għamlu dan bħala talba għall-awtoritajiet tas-saħħa, il-Forzi tal-Ordni u dawn kollha li bħalissa qed jaħdmu biex iżommu lill-pajjiż fuq saqajh

33 mużiċist u 12-il kantant mis-St Paul Metropolitan Orchestra ngħaqdu flimkien permezz tal-mezzi soċjali u xorta waħda ħolqu sinfonija waħda hekk kif mid-djar tagħhom daqqew l-innu Malti.

Fuq Facebook, l-orkestra spjegat li għamlet dan bħala talba għall-Professur Charmaine Gauci u t-tim tagħha, l-amministrazzjoni ta' Mater Dei, il-konsulenti, il-paramediċi, it-tobba, l-infermiera, l-istudenti tal-mediċina, il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati, il-Protezzjoni Ċivili, il-Kappillani, l-Arċiprieti u l-kleru, id-Dipartiment tat-Tindif u diversi entitajiet u NGOs oħra.

Kull mużiċist daqq il-parti tiegħu mid-dar u s-siltiet twaħħdu kollha flimkien biex hekk setgħet inħolqot sinfonija waħda anke jekk kulħadd daqq għal rasu.

"Domna diversi jiem biex ħloqna dan kollu iżda dan l-impenn ċkejken tagħna ma huma xejn ħdejn dak li l-eroj tagħna u l-Forzi tal-Ordni qed jagħmlu għan-nazzjon," saħqu l-mużiċisti.

More in Socjali