Filmat | Jiefqu bil-karru biex isellmu liċ-Chippy qabel telqu lejn Buġibba

Jean Paul Bonett miet wara li ħa xokk elettriku waqt li kien qed jagħmel l-aħħar xogħlijiet fuq il-karru tal-Karnival tas-Sajf

Emozzjonati bil-mewt traġika ta' Jean Paul Bonnet, dilettanti tal-Karnival sellmu l-memorja taċ-Chippy qabel telqu lejn Buġibba għall-Karnival tas-Sajf.

Dilettanti tal-kumpanija Triton Carnival Company, waqfu bil-karru quddiem il-maħżen tal-kumpanija Buffalo&Co, il-post fejn tilef ħajtu ċ-Chippy,  biex isellmu lill-ħabib tagħhom.

Bil-kanzunetta 'Għal Dejjem' ta' Freddie Portelli, huma wiegħdu liċ-Chippy li mhu se jinsewh qatt u li se jibqa' dejjem f'qalbhom.

Id-dilettanti ta' kumpaniji rivali, ingħaqdu flimkien f'ċapċipa.

Bonnet miet wara li ħa xokk elettriku waqt li kien qed jagħmel l-aħħar xogħlijiet fuq il-karru tal-Karnival tas-Sajf li kellu jsir il-ġimgħa li għaddiet.

Il-Karnival tas-Sajf se jkun qed jibda mil-lejla sal-Ħadd li ġej. 

More in Socjali