Malta ssellem lil Pawlu Mizzi ... missier il-ktieb Malti

Pawlu Mizzi huwa l-fundatur tal-Klabb Kotba Maltin

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-fundatur tal-Klabb Kotba Maltin, Pawlu Mizzi, imsejjaħ minn bosta bħala “missier il-ktieb Malti”.

Pawlu Mizzi, li hu minn Għawdex, huwa wkoll il-persuna li waqqaf id-dar ta’ pubblikazzjonijiet Midsea Books.

Ismu huwa sinonimu mal-fiera tal-kotba f’pajjiżna.

Hu kien se jagħlaq 90 sena f’Ottubru li ġej.

Fl-1992 kien ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

More in Socjali